“Hemm bżonn li jingħata servizz aħjar tas-saħħa għal kwalita’ ta ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.”
Dan qalu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ian Vassallo waqt attivita’ politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Ħ’Attard.
Ian Vassallo qal li l-Gvern ta’ Robert Abela iffoka biss fuq il-kura primarja fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn huwa sostna li dan m’għandux ikun hekk kif hemm bżonn ta’ rinovazzjoni u titjieb fis-servizz fiċ-Ċentri kollha. Barra minn hekk huwa qal li n-nies qed iqattgħu sigħat sħaħ jistennew barra l-kliniċi kif ukoll b’waiting lists ma jispiċċaw qatt.
Apparti minn hekk, Ian Vassallo qal li preżentament iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara jinsab magħluq u r-residenti qed ikollhom immorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta fejn qed jesperjenzaw sigħat twal ta’ stennija sabiex jaraw tabib.
Huwa tkellem ukoll fuq is-saħħa mentali hekk kif qal li l-Gvern ta; Robert Abela ilu s-snin iwiegħed sptar iddedikat għas-saħħa mentali iżda s’issa kulma sar hu li sabu żona fejn dan l-Isptar jista’ jinbena…żona fejn l-Isptar Mater Dei. Huwa aċċena li s’issa għadu ma xejn aktar u m’hemmx pjan sabiex jibda jinbena dan l-isptar.
Ian Vassallo tkellem ukoll fuq il-mediċini out-of-stock fejn saħaq li kien il-Partit Nazzjonalista li ressaq l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa sabiex jiddiskuti l-kriżi tal-mediċini out-of-stock…kriżi li se tkaxkar ix-xhur. Huwa qal li l-lista tal-mediċini out-of-stock damet 8 ġimgħat sabiex din ġiet aġġornata.
Minn naħa l-oħra Ian Vassallo għamel appell lill-Gvern sabiex jinvesti f’reġistru tad-dijabete għaliex preżentament għadna bla reġistru li jindika min huma dawk in-nies li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete.
Huwa temnm id-diskors tiegħu hekk kif qal li l-Partit Nazzjonalista huwa determinat u se jkompli jaħdem sabiex il-poplu jkollu servizz effiċjenti tas-saħħa kif jixrqalu.
//= $special ?>