“Int tista’ tagħmel kemm trid ġudikanti, iżda jekk ma hemmx it-tim li jikkomponi l-awla, it-tibdil huwa inutli, għax il-ġudikant ma jistax jippresjedi”
Dan huwa dak li qal Louise Degabriele il-President tal-Kamra tal-Avukati matul il-programm Andrew Azzopardi on 103.
Huwa qal li jeħtieġ nantiċipaw mhux biss il-problemi tal-lum li hemm fil-Qrati iżda wkoll dak li se jkun hemm ‘il quddiem.
F’diskussjoni li saret ma’ l-avukati Lynn Faure u Victor Scerri ntqal li hemm numru ta’ affarjiet bażiċi neqsin.
Fid-diskors tal-Ħadd, il-Prim Ministru Abela ftaħar li żied il-membri tal-ġudikatura, madankollu fid-diskussjoni ħareġ aktar fil-beraħ li għalkemm sar dan kollu, xorta waħda il-Qrati jeħtieġ ikollha risorzi kompleti li jkunu verament qed jassistu biex ma jkunx hemm dewmien sabiex issir ġustizzja xierqa.
//= $special ?>