Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Floriana

Ritratt mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żurrieq qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq Sant’Anna fil-Floriana.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fis-5.45pm fi Triq Sant’Anna fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn Toyota Ractis li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti San Ġiljan.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.