Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS……. 2
SLIEMA FRANK SALT…………. 8
(1-2), (0-1), (0-3), (1-2)
Sliema Frank Salt wieġbu għar-rebħa ta’ San Ġiljan aktar qabel. Dan ifisser li l-konfront bejn Sliema u San Ġiljan tas-Sibt li ġej se jiddetermina min se jirbaħ l-Enemed Cup ta’ din is-sena. Rebħa meritata għal Sliema li kienu fil-kmand għal ħafna mill-ħin, b’Neptunes isibuha diffiċli biex jinfdu lid-difiża avversarja.
Sliema bnew vantaġġ doppju b’gowls ta’ Dino Zammit u Liam Galea sakemm Sam Gialanze naqqas id-distakk minn penalty. Galea żamm il-vantaġġ doppju ta’ Sliema bl-uniku gowl tat-tieni sessjoni.
Fit-tielet sessjoni kienet mistennija reazzjoni minn Neptunes iżda l-gowls immedjati ta’ Zach Mizzi u Jerome Gabarretta qatgħu saqajn l-avversarji. Il-gowl ta’ Jacob Sciberras qata’ kull possibbiltà ta’ rimonta, b’Sliema jikkontrollaw ukoll l-aħħar sessjoni għal rebħa komda.
Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (2), G. Pace, L. Mallia, M. Zammit, M. Castillo, J. Camilleri, R. Galea, J. Bajada, E. Mallia, J. Pawley, M. Farrugia, M. Aquilina, A. Aquilina
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (2), D. Rizzo, K. Borg, B. Cachia, E. Schembri, M. Mifsud, J. Brownrigg, S. Engerer, Z. Mizzi (2), D. Zammit (1), A. Bugeja, J. Sciberras (1)
Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 17
VALLETTA IZIBET……………….. 4
(4-1), (6-1), (4-0), (3-2)
Ebda sorpriża. Tliet punti oħra għal San Ġiljan li bihom baqgħu b’punti massimi. Konfront li kif jixhed l-iskor, ftit kellu storja. Valletta ma setgħu jagħmlu xejn kontra l-qawwa Ġiljaniża. Huma kienu serrħu rashom mill-punti sa nofs il-logħba b’Matthew Zammit jiskorja tripletta b’gowls konsekuttivi u bihom għamilhom 10-2.
Il-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic kellu l-opportunità li jagħmel rotazzjoni sħiħa fit-tim bi plejers bħal Andreas Galea, Matthew Zammit u Ben Plumpton fost l-oħrajn jistrieħu aktar. Minkejja dan, San Ġiljan xorta baqgħu superjuri u spiċċaw biex rebħu s-sessjonijiet kollha.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (4), G. Bonavia, R. Caruana, M. Zammit (4), B. Plumpton (2), J. Bonavia (3), J. Abela (3), N. Zammit, D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg, L. Brownrigg, K. Calleja (1)
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, Z. Micallef, J. Cassar (1), S. Busuttil (1), T. Said, D. Paolella, J. Chircop, S. Micallef (1), A. Agius (1), M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma, J. Pace Mizzi
Referees: Massimo Angileri, Richard Magri
SIRENS……………………………….. 12
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 6
(2-1), (1-0), (6-3), (3-2)
Sirens saħħew it-tielet post b’rebħa meritata kontra Birżebbuġa Freeport. Huma kisbu vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni, bis-centre Ben Grech inaqqas id-distakk. Fit-tieni sessjoni, Gabriel Sammut għamilhom 3-1 sakemm l-iżvolta seħħet fit-tielet sessjoni.
It-tim ta’ Marko Orlovic fetaħ distakk ta’ ħames gowls li kien biżżejjed biex seta’ jamministra l-aħħar sessjoni. Fost il-gowls tispikka d-doppjetta ta’ Gianni Farrugia. Il-vantaġġ ta’ Sirens kiber saħansitra għal 12-4 sakemm Peter Borg u David Cutajar għamlu l-iskor ftit iktar rispettabbli.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino (1), K. Erdogan (3), J. Cachia (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (3), M. Chircop (1), W. Ruggier, G. Sammut (1), M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, K. Agius (1)
Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (2), N. Cassar (1), B. Grech (2), K. Grech, R. Mock, R. Spiteri, D. Cutajar (1), D. Farrugia, K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva
Referees: Stefan Licari, Massimo Angileri
EXILES WELBEE’S……… 9
MARSASKALA…………….. 8
(3-2), (3-3), (3-2), (0-1)
Rebħa importanti għal Exiles Welbee’s f’konfront bejn timijiet li kellhom l-istess punti qabel din il-logħba. Exiles kellhom vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni iżda reazzjoni minn Marsaskala wasslet biex għamlu l-iskor 5-5 fit-tieni sessjoni. Dan sakemm Niall Saliba ħalla lil Exiles gowl vantaġġ qabel il-ħin tal-mistrieħ.
Il-vantaġġ ta’ Exiles kiber għal tliet gowls f’mumenti waqt it-tielet sessjoni, b’Marsaskala jnaqqsu d-distakk permezz ta’ Jake Ciantar. Il-gowl ta’ David Pace Lupi fl-aħħar sessjoni ħalliet il-logħba miftuħa iżda Marsaskala ma rnexxielhomx isibu l-gowl li jevitaw it-telfa.
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze (2), M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (2), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina (2), N. Saliba (2), F. Buhagiar, M. Paris Roding, N. Burcain
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea (1), M. Agius, R. Greco, E. Bilgin, K. Navarro (1), D. Tully (1), D. Pace Lupi (2), G. Sammut, J. Ciantar (2), M. Carani (1), A. Muscat, A. Buhagiar, K. Pace
Referees: Peter Balzan, Alex de Raffaele
Logħob li jmiss
Is-Sibt 4 ta’ Frar: Marsaskala v Neptunes 2.30pm, Birżebbuġa v Exiles 3.35pm, Valletta v Sirens 4.40pm, Sliema v San Ġiljan 5.45pm
//= $special ?>