Tkompli tippersisti s-sitwazzjoni diżastruża fl-Isptar Mater Dei… b’numru kbir ta’ pazjenti jinsabu urtati b’dak li qed isibu ma’ wiċċhom meta jkollhom jidħlu l-Isptar għall-kura.
Fl-aħħar jiem qed jikber it-tħassib dwar il-kundizzjonijiet li jinsabu fihom ix-showers f’ward MIU6 kif ukoll l-irwejjaħ qawwija ta’ drenaġġ f’din l-istess sala.
Numru ta’ persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li huwa inaċċettabbli li wieħed jingħata kura f’dawn il-kundizzjonijiet… kundizzjonijiet li żgur ma jixirqux lill-ebda pazjenti li jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Ix-showers li hemm f’din il-ward partikolari huma tal-mistħija u verament inqassu mid-dinjità tal-persuni. Dan għaliex ix-showers huma f’forma ta’ cubicles li ma jagħtu ebda serħan il-moħħ ta’ iġene lil dawn il-pazjenti.
Bosta qraba ta’ dawn il-pazjenti qed isostnu li din hija sitwazzjoni inaċċettabbli u immedjatmanet dawn għandhom jiġu mibdula filwaqt li titneħħa r-riħa qawwija ta’ drenaġġ li qed tiddomina il-ward MIU6..
U apparti dan tkompli wkoll il-kriżi fid-Dipartiment tal-Emerġenza fejn bost persuni qed ikollhom jistennew ħinijiet twal sakemm jinqdew.
Dan apparti l-problema tal-mediċini out of stock li qed tkompli tippersisti… tant li fl-aħħar jiem smajna b’numru ta’ ġenituri li ma setgħux isibu mediċini għall-kura ta’ uliedhom.
Iżda d-domandi jiġu waħdehom, għalfejn il-pazjenti qed jitħallew sigħat twal fil-kurituri? Għalfejn il-pazjenti qed jinżammu f’ambjent mhux iġeniku fis-swali fl-Isptar Mater Dei?
Għalfejn l-isptar San Luqa mmexxi issa minn Steward Healthcare mhux jaqsam ir-responsabbiltà mal-Isptar Mater Dei…bħal ma suppost kellu jiġri inizjalment? Tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet kollha… għad m’għandniex!
//= $special ?>