Atletika Sport

Ritorn għal Becky Gorrieri u rekord nazzjonali għal Rebecca Sare’ fl-Italja

Fil-Palaindoor ta’ Ancona ritorn fil-kompetizzjoni mill-aktar pożittiv għal Becky Gorrieri u record nazzjonali minn Rebecca Sare’ fil-Meeting Assoluti Indoor tal-Federazzjoni Taljana tal-Atletika.

Wara tmien snin nieqsa minn kompetizzjonijiet Becky Gorrieri , fejn f’dan il-perijodu saret omm ta’ żewħt itfal, f’Ancona qabżet 5.65 metri fil-long jump. Rebecca Sare’ irritornat b’record nazzjonali fit-triple jump indoor.

Wara li ġimgħa ilu f’Londra ir-record nazzjonali tal-2016 li kien ta’ 12.00 metri ta’ Rebecca Sare’ u inkiser minn Claire Azzopardi bi 12.16 metri fejn Sare’ dakinhar qabżet 12.12 metri, f’Ancona, Rebecca Sare’ għamlet record nazzjonali bi 12.62 metri wara li aktar qabel qabżet 12.37 metri u 12.58 metri.