Lokali Parlament

87 inkjesta mhux magħluqa

Rebekah Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet fil-parlament li f’ħafna każi fejn seħħew inidenti gravi fuq il-postijiet atx-xogħol tant li hemm 87 inkjesta li ġraw fl-aħħar seba’ snin li għadhom mhux konklużi. Hi qalet li l-gvern qed jipprova jgħaqqad flimkien l-inkjesta tal-OHSA u l-inkejsta maġisterjali.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-inkjesti maġisterjali għandhom ikunu konklużi fl-iqsar żmien possibbli u sostniet li s-sitwazzjoni fuq is-siti tal-kostruzzjoni hi differenti minn dik diskussa fil-parlament.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Prim Ministru ma jafx xi tfisser separazzjoni tal-poteri u sostniet li fil-preżent hawn istituzzjonijiet li m’humiex jiffunzjonaw. Hi kkritikat il-fatt li l-OHSA jista’ jkollha nies fiha li jkunu persons of trust, li jkunu preżenti waqt l-inkjesti u jagħmlu l-mistoqsijiet lix-xhieda.

Rebekah Borg enfażizzat l-importanza tas-smigħ xieraq tal-persuni li jistgħu jiġu akkużati u kompliet li mhux spjegat għaliex il-BCA mhix tkun involuta. 90% tal-inċidenti li seħħew fuq il-post tax-xogħol bejn l-2019 u l-2021 seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni fejn hemm nurmu ta’ ħaddiema li lanqas biss huma reġistrati; għalhekk l-istatistika tkun tkun kbir. Hemm taħwid totali fuq ir-responsabbiltajiet fis-siti tal-kostruzzjoni, sostaniet id-deputat Nazzjonalista.