Futbol Sport

Serie A: Draw li ma jikkuntenta lil ħadd bejn Udinese u Verona

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Friuli, Udinese u Verona temmew fi draw ta’ 1-1, riżultat li ma jikkuntenta lil ħadd hekk kif Udinese baqgħu fis-seba’ post b’29 punt filwaqt li Verona baqgħu fit-18-il post bi 13-il punt minn 20 partita.

Bidu mill-aqwa għal Verona hekk kif marru fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti permezz ta’ awto-gowl ta’ Rodrigo Becao. Udinese rrispondew u ġabu l-iskor indaqs fil-21 minuta permezz ta’ Lazar Samrdzic.