Lokali

€514,131 miġbura waqt il-maratona tal-missjoni

€514,131 hija s-somma finali li nġabret waqt il-Maratona ġbir ta’ fondi bl-isem ‘il-Missjoni Bżonnok’, b’risq it-tfal f’artijiet missjunarji…. hekk kif matul il-weekend li għadda, ittellgħat il-31 edizzjoni ta’ din l-inizjattiva sabiex il-ħidma missjunarja tkompli tissaħħaħ.

It-tema tal-maratona ta’ din is-sena kienet “Għinhom jgħixu mhux jeżiżtu” – tema b’saħħitha li bla dubju misset il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Matul il-maratona ġbir ta’ fondi, Dun Ġwann Farrugia, id-Direttur tal-Fondazzjoni U appella sabiex is-soċjeta’ Maltija tgħin lill dawk li huma inqas ixxurtjajti minnha, għaliex il-ftit tal-ħafna jagħmel differenża.

Filwaqt li hawn min għandu l-ġid kollu tad-dinja, Dun Ġwann Farrugia fakkar li huma bosta dawk li la għandhom ikel, la għandhom mediċini, u lanqas jibbenifikaw minn edukazzjoni basika.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni U saħaq li kull ħames sekondi tifel qed jispicca jmut. Għalhekk mill-gdid appella għall-ġeneoristà tal-Maltin – appell li bla dubju intlaqa sew, hekk kif il-ġabra ta’ din is-sena qabzet in-nofs miljun ewro.

Mill-2008 l’hawn, il-Fondazzjoni U organizzat diversi maratoni b’risq il-missjoni, li minnhom ibbenifikaw ħafna missjunarji Maltin li qed jagħtu servizz fl-artijiet tal-missjoni.