Futbol Sport

Everton jaħtru lil Sean Dyche bħala manager

(Ritratt: EPA)

Everton ħabbru lil Sean Dyche bħala l-manager il-ġdid tagħhom b’kuntratt ta’ sentejn u nofs sa Ġunju tal-2025.

It-Toffees keċċew lil Frank Lampard il-ġimgħa li għaddiet bil-klabb fid-19-il post fil-Premier League u żewġ punti ‘l bogħod miż-żona ta’ salvazzjoni.

Dyche ta’ 51 sena kien ilu bla klabb sa minn meta tkeċċa minn ma’ Burnley f’April li għadda wara kważi 10 snin mal-Clarets.

Huwa sar is-seba’ kowċ fl-era tas-sid ta’ Everton Farhad Moshiri, minn mindu xtara fil-klabb fi Frar tal-2016.

Dyche, li l-ewwel logħba tiegħu mat-Toffees se tkun f’Goodison Park kontra l-leaders tal-kampjonat Arsenal fl-4 ta’ Frar, fi stqarrija qal li kien unur għalih li sar manager ta’ Everton.