Sport Sport Ieħor

Futsal: Malta U-19 u St. George’s jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-E & L Knock Out

(Ritratt: Joe Borg)

Mill-E & L Futsal Knock-Out, wara l-esperjenza pożittiva fil-kampjonati Ewropej, it-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena għamilha għar-round li jmiss wara li għeleb lil Fgura United 6-2.

Il-gowls tat-tim immexxi minn Carlo Scicluna waslu minn doppjetta ta’ Ivin Gatt u gowl kull wieħed minn Amin Louati, Denzel Camilleri, Kieran Debono u Mason Agius kienu fost l-iskorers.

Il-gowls ta’ Fgura waslu minn doppjetta ta’ Sebastian Nayar.

F’partita missielta għall-aħħar St. George’s irnexxielhom jeliminaw lil Marsaskala bl-iskor ta’ 4-3 bil-gowls tal-Bormliżi jaslu minn doppjetta ta’ Jovica Milijic u gowl kull wieħed minn Sean Parnis u Faisal Alnakou.

L-Iskalin baqgħu fil-logħba wara gowls ta’ Dylan Caruana, Amir Ashtyani u Craig Pickard.

Sadanittant, matul din il-ġimgħa tibda t-tieni fażi tal-kampjonat fejn issa t-timijiet ġew maqsuma f’żewġ kategoriji.

Mill-Enemed Premier League, Luxol jilagħbu kontra l-Universita’ ta’ Malta filwaqt li Żurrieq jaffrontaw lil Swieqi United.

Miċ-Challenger League, Malta U19 jilagħbu kontra St George’s filwaqt li Veterans ifittxu li jiksbu l-ewwel punti staġjonali meta jilagħbu kontra Marsaskala.