Internazzjonali

Ingilterra: Boris Johnson jallega li Putin kien heddu b’attakk ta’ missila

Ritratt: Ukrainian Presidential Press Ser / via Reuters

Fi stqarrija bħala parti minn serje ġdida tal-BBC Two, Boris Johnson sostna li Vladimir Putin hedded li joqtlu b’missila…waqt konverżazzjoni “straordinarja” li saret fi Frar tal-2022, wara li kien żar Kiev.

Boris Johnson, li kien se jsir sostenitur ewlieni tal-amministrazzjoni tal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy fix-xhur wara li r-Russja invadiet l-Ukrajna, fakkar kif fiż-żjara fi Kiev kien wissa lil Putin li invażjoni tal-Ukrajna se tkun diżastruża u se jkun hemm sanzjonijiet tal-Punent aktar ħorox fuq ir-Russja jekk jagħmel hekk.

“Huwa speċi ta, heddidni f’ħin minnhom u qal, ‘Boris, ma rridx inweġġgħek, imma b’missila, tieħu minuta biss’, jew xi ħaġa simili.” allega l-eks Prim Ministru Ingliż.