Lokali

AĠĠORNATA: Il-vittma sabuh b’widnejh maqtugħa barra

Kmieni dalgħodu, raġel minn Għajnsielem li joqgħod ir-Rabat Għawdex instab bla ħajja u bi ġrieħi evidenti f’rasu, fi trejqa privata fl-Għasri. B’rapporti jikkonfermawlna li r-raġel instab b’widnejh maqtugħa barra; għalkemm sorsi mid-Depot qed jeskludu li dan kien każ ta’ omiċidju.

Il-Pulizija qalu li l-uffiċjali ġew infurmati bis-sejba tar-raġel għall-ħabta tal-1030am fejn minnufih marru fi Triq il-Knisja, fl-Għasri.

Fil-post ġie msejjaħ ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma madanakollu sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Mill-investigazzjonijiet mwettqa mill-Pulizija jidher li l-vittma huwa raġel ta’ 60 sena – identifikat bħala Michael Meilak (ritratt).

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjoni.

Fil-jiem li ġejjin mistennija ssir l-awtopsja li se tkun qed titfa aktar dawl fuq il-kawża tal-mewt.