Basketball Sport

Jitħabbru l-Plejers tax-Xahar tal-kampjonati tal-Basketball

L-Unuri tal-BOV Basketball Plejers tax-Xahar għall-aħħar 3 xhur tal-2022 tħabbru waqt ċerimonja ta’ preżentazzjoni li saret fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.

Darius George ta’ Starlites Fijo rebaħ l-unur għall-ewwel Diviżjoni tal-irġiel għal Ottubru 2022. Il-Forward ta’ 6’7”, li ngħaqad ma’ Starlites minn Marshall University fl-Istati Uniti kiseb 92 punt matul ix-xahar ta’ Ottubru b’medja ta’ 13-il rebound u 2.38 steal kull logħba. .

L-akkwist il-ġdid ta’ Gzira Athleta Roland Griffin, rebaħ L-unur għal Novembru fejn kiseb 170 punt inkluż 11-il trey u 104 punt minn ġol-court matul Novembru u Diċembru.

Connor Zinaich tal-Mellieħa, il-leader fl-isteals tal-istaġun, bi 3.31 kull logħba rebaħ l-unur għal Diċembru, b’total ta’ 188 punt matul l-aħħar xahrejn tas-sena.

Gladiana Avila ta’ Luxol rebħet l-unuri individwali fil-kampjonat tan-nisa għal Ottubtu u Diċembru. L-internazzjonali Messikana kisbet total ta’ 238 punt matul l-aħħar kwart tas-sena.

Gladiana Avila ta’ Luxol rebħet l-unuri individwali fil-kampjonat tan-nisa għal Ottubtu u Diċembru

Fil-BOV Amateur League tal-irġiel, Nicola Bozovic ta’ Fusion, rebaħ it-tieni unur individwali tiegħu għal Ottubru 2022, wara dak li kien kiseb f’Jannar tal 2020, Bozovic kiseb l-unur għal Ottubru fejn kiseb 73 punt matul ix-xahar inklużi 6 treys.

Bastian Nel ta’ Depiro Swish rebaħ il-premju għall-BOV Amateur League għal Diċembru b’84 punt għal ismu matul dan il-perjodu.

Ray Debattista, Chief Officer tal-Bank of Valletta feraħ lir-rebbieħa u ppreżentalhom it-trofej rispettivi tagħhom.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta bħala parti mill-impenji ESG tiegħu lejn komunità aħjar.