Futbol Sport

Joao Cancelo b’self ma’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Manchester City Joao Cancelo se jingħaqad ma’ Bayern Munich b’self sa tmiem l-istaġun; ftehim li jinkludi l-għażla li t-trasferiment isir wieħed permanenti għas-somma ta’ madwar €70 miljun.

Cancelo beda 36 darba ma’ City fil-Premier League l-istaġun li għadda, iżda ftit qed ikun utilizzat dan l-istaġun, kawża ta’ tibdil fil-formazzjoni mill-kowċ Pep Guardiola.

Hu mifhum li Man. City huma lesti li jċedu lil Cancelo wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa tad-difensur Nathan Ake bħala difensur laterali.