Ekonomija Kummerċ Lokali

Jonqsu l-kuntratti ta’ bejgħ u jiżdied il-qgħad marġinalment

Rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta juri li r-rata tal-qgħad f’pajjiżna kienet fil-livell ta’ 3.2% f’Novembru li għadda; marġinalment ogħla minn dik irreġistrata f’Ottubru, u minn dik ta’ sena qabel.

L-istess rapport – li jagħti ħarsa lejn il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna – juri li l-permessi maħruġa għal bini kummerċjali u dawk residenzjali żdiedu f’Novembru meta mqabbla mal-livelli ta’ sena ilu. Għalkemm f’Diċembru, kemm il-konvenji u kif ukoll il-kuntratti ta’ bejgħ naqsu abbażi ta’ sena, u kienu f’livell inqas f’termini ta’ xahar fuq xahar.

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni bbażata fuq l-Indiċital-Prezzijiet kienet fil-livell ta’ 7.3% f’Diċembru, marġinalment ogħla mis-7.2% rreġistrata fix-xahar ta’ qabel. Dan filwaqt li l-inflazzjoni bbażata fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut żdiedet ukoll għal 7.4% f’Diċembru, minn 7.1% f’Novembru.