Lokali Parlament

Kriżi fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li fil-pajjiż hawn kriżi u insigurtà fis-saħħa u fis-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-tħassib tan-nies hu ġustifikat meta jseħħu l-inċidenti meta hawn regoli li suppost jissalvagwardjaw il-ġid fiżiku tal-ħaddiema. Fil-pajjiż hawn kriżi li ħoloq il-gvern fejn hawn insigurtà kbira, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern qed jippreżenta emenda għal-liġi li se toħloq iktar ambigwità milli soluzzjonijiet.

Stanley Zammit kompla li r-rwol tal-OHSA hu li tnaqqas kemm jista’ jkun ir-rskji f’kull post atx-xogħol u sostna li minbarra l-kostruzzjoni, il-postijiet tax-xogħol kollha jridu jkunu kkunsidrati.

Hu kompla li l-PN diġà ppropona soluzjzonijiet biex ir-riskji fuq il-postijiet tax-xogħol jonqsu u biex l-OHSA u l-BCA jikkollaboraw flimkien u janalizzaw immedjatament in-numru ta’ rapporti u inkjesti li jsiru meta jseħħu l-inċidenti.

Il-Gvern għandu joħloq proċessi effiċjenti biex il-każi quddiem il-maġistratura jinżel f’livelli aċċettabbli. Ilum li wassal iż-żmien biex il-partijiet tal-inkjesti li jistgħu jittieħdu mill-partijiet jkunu pubblikati u jintużaw għat-taħriġ inkluż tal-ħaddiema.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-rakkomondazzjonijiet fl-inkjesti għandhom ikunu implimentati minnufih u sostna li l-gvern m’għamel xejn anki wara l-każ ta’ Kordin fejn miet Jean Paul Sofia.

Il-qraba jinsabu iflgħama dwar x’ġara waqt li l-industrija tibqa’ għaddejja qisu xejn. Il-PN appella biex jintużaw ir-riżorsi kollha biex jiddeterminaw il-possibbiltajiet ta’ riskji li wasslu għall-inċident.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-OHSA għandu jkollha aċċess għall-inkjesta biex tieħu r-akkomandazzjonijiet b’effiċjenza; hemm bżonn li l-awtortjiet iżommu lll-qraba tal-vittmi aġġornati dwar dak li jkun qed iseħħ.

Il-gvern ippreżenta abbozz li iktar joħloq ambigwità fi proċess li jibqa’ fl-aktar mument delikat ta’ dawk involuti. Hu sostna li l-OHSA tiddependi mill-obbligu ta’ min iħaddem li jinformaha permezz tal-mezzi l-aktar mgħaġġla.

In-nuqqas ta’ esperti u speċjalizzazzjoni huma problema oħra għaliex l-istess żbalji jibqgħu jsiru għaliex ir-riskji jibqgħu jeżistu f’postijiet oħra. Hu kompla li diffikultà orħa li n-nuqqas ta’ għarfien li jista joħroġ mill-inkjesti li jibqa’ mistur.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-abbozz jobbliga lill-maġistrat li javża lill-OHSA bl-aċċess u sostna li l-proċess jista’ jitħaffef bl-għajnuna tal-għarfien tal-OHSA. Hu sostna li l-abbozz jinjora l-ħtieġa ta’ inkjesta li tkun integra, indipendenti u li tnissel il-fiduċja fil-proċess u għaliex bil-bidliet fil-kodiċi kriminali l-gvern se joħloq indħil mill-Awtorità lill-Maġistrat Inwkerenti li jista jwassal għall-ksur tad-drittijiet tal-persuni involuti.

Stanley Zammit kompla li jeħtieġ eko-sistema li tinkludi wkoll lill-parlament u sostna li l-OHSA hi l-mutur fundamentali għal din is-sistema. Għalhekk l-OHSA għandha tkun b’saħħitha fejn ir-riżorsi umani huma l-aktar partijiet imprortanti ta’ din is-sistema.