Lokali

Mument ta’ qsim il-qalb – tasal Malta omm Pelin Kaya

Il-kumpilazzjoni ta' Jeremie Camilleri se tibda llum f'12pm

Kien mument emozzjonanti dak li seħħ dalgħodu fil-Gżira, fil-post eżatt fejn inqatlet iż-żagħżugħa Torka Pelin Kaya.

Għall-ħabta tad-9am, omm Pelin waslet fiz-zona fejn seħħet din it-traġedja – fejn spikka l-mument ta’ qsim il-qalb meta ommha, imbikkma, poġġiet fjura mal-ġenb tal-istabbiliment fejn inqatlet.

Iktar tard, omm Pelin żaret l-uffiċini tal-kumpanija ‘One Percent’ fejn kienet taħdem bintha u ġiet milqgħuha mid-diriġenti ta’ din il-kumpanija u l-kollegi tat-tfajla Torka.

Fl-aħħar jiem, il-ġenituri ta’ Pelin insistew illi l-każ ta’ binthom huwa qtil u m’hemmx mod ieħor kif tista’ tiddeskrivih. Huma rringrazzjaw lill-poplu Malti għal mod ta’ kif irreaġixxa għal dan il-każ.

L-akkużat, Jeremie Camilleri, qed iwieġeb mhux ħati. Il-kumpilazzjoni se tibda illum għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Ritratt: Christine Mamo