Lokali

Omm Pelin talbet il-biro li kienet tuża bintha biex iżżommha bħala memorja

Ritratt: Christine Mamo

Malli waslet fil-post fejn kienet taħdem bintha, omm Pelin Kaya dehret emozzjonata. Quddiem l-iskrivanija tagħha fl-uffiċini tal-kumpanija ‘One Percent’ infaqgħet tibki. U f’mument minnhom, dehret tigranfa mas-siġġu li fuqu għal xhur sħaħ poġġiet Pelin Kaya, li kienet taħdem bħala interior designer.

Hija din ix-xena li ddominat kmieni dalgħodu l-binja ta’ ‘One Percent’ waqt żjara qasira li għamlet omm Pelin, eżatt wara li poġġiet bukkett fjuri fil-post fejn seħħet it-traġedja.

Omm Pelin kellha l-opportunità tiltaqa’ mad-diriġenti ta’ din il-kumpanija u l-kollegi tat-tfajla Torka.

Hi talbithom biex tieħu magħha l-biro li kienet tuża bintha, u żżommha bħala memorja għażiża.