Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nstab mal-art fil-komun ta’ binja

Il-Pulizija qed tinvestiga każ illi seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5am meta raġel instab f’komun, bi ġrieħi fuqu.

Il-każ seħħ fi Triq il-Meril f’Ħal Għaxaq, bil-vittma jinstab mal-art fil-komun. Ir-raġel ta’ 45 sena, residenti Ħal Għaxaq stess, kellu diversi ġrieħi.

Għaldaqstant, fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.