Sport Sport Ieħor

Sparar: Marlon Attard jirbaħ l-ewwel Skeet Selection Shoot tas-Sena

Marlon Attard rebaħ l-ewwel Skeet Selection Shoot tas-sena.

Marcello Attard u Liam Sciberras spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Din il-kompetizzjoni saret fil-Malta National Shooting Ranges u kienet organizzata fuq jumejn b’75 plattina fl-ewwel jum u 50 plattina segwita mill-fażi finali fit-tieni jum.

It-tmien Semi-Finalisti fl-ordni tan-numru skont il-punteġġi ta’ kwalifikazzjoni tagħhom kienu:

Semi-Finali 1
Bib numbers 1, 3, 5 u 7 kienu; Clive Farrugia bl-iskor ta’ 119/125, Marcello Attard 117/125, Matthias Azzopardi laqat 116/125 +5 shoot-off u Andre Cassar laqat 108/125.

Semi-Finali 2
Bib numbers 2, 4, 6 u 8 kienu; Marlon Attard bl-iskor ta’ 118/125, Liam Sciberras 116/125 +6 shoot-off, Bozhidar Vasilev Dimitrov laqat 109/125 u Ian Grima rnexxielu jilqot 101/125.

Riżultat tas-Semi-Finali 1

  1. ATTARD Marcello 27/30
  2. FARRUGIA Clive 26/30
  3. AZZOPARDI Matthias 25/30
  4. CASSAR Andre 14/20

Riżultat tas-Semi-Finali 2

  1. SCIBERRAS Liam 22/30
  2. ATTARD Marlon 21/30 +2 shoot-off
  3. DIMITROV Bozhidar Vasilev 21/30 +1 shoot-off
  4. GRIMA Ian 11/20

Logħba tal-Midalja

  1. ATTARD Marlon 35/40
  2. ATTARD Marcello 34/40
  3. SCIBERRAS Liam 26/30
  4. FARRUGIA Clive 16/20

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar Selection Shoot għall-ISSF World Cup Doha, QAT 2023, li se ssir f’Marzu.

L-Atleti li se jirrappreżentaw lil Malta fl-Avveniment Skeet se jkunu Clive Farrugia, Liam Sciberras, Marcello Attard u Marlon Attard.

Ir-riżultati tal-Klassi mit-tieni jum kienu dawn li ġejjin:

Klassi A

  1. SCIBERRAS Liam 48/50 (Regola Count Back: 18)
  2. ATTARD Marcello 48/50 (Regola Count Back: 5)
  3. FARRUGIA Clive 48/50 (Regola Count Back: 3)

Klassi B

  1. GRIMA Ian 39/50
  2. MUSCAT Joseph 36/50

Il-programm Skeet tal-MSSF ikompli nhar is-Sibt u l-Ħadd 18 u 19 ta’ Frar 2023 bit-tieni Selection Shoot tal-istaġun.