Sport Sport Ieħor

Sparar: William Chetcuti jirbaħ id-Double Trap Selection Shoot

William Chetcuti huwa r-rebbieħ overall tal-ewwel Double Trap Selection Shoot tal-istaġun, avveniment li kien organizzat fil-Malta National Shooting Ranges.

Fuq il-podju ma’ Chetcuti ngħaqdu, Matthew Grech u minn Nathan Lee Xuereb li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

L-atleti sparaw fuq total ta’ 150 plattina maqsuma f’ħames rounds ta’ 30 plattina kull wieħed.
Ir-riżultat ġenerali kien:

  1. CHETCUTI William 128/150
  2. GREC Mattew 126/150
  3. XUEREB Nathan Lee 120/150
  4. XUEREB Johan 114/150
  5. MICALLEF Godwin 106/150
  6. BUGEJA Michael 102/150
  7. ZAMMIT Patrick 84/150

Il-programm tad-Double Trap ikompli nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar 2023 bit-tieni Selection Shoot.