Fl-aħħar ħin, terremot ieħor laqat il-Gżejjer Maltin, din id-darba b’qawwa ta’ 5.1 fuq l-iskala Richter.
Bosta persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-terremot seħħ għall-ħabta tad-8.45pm u t-theżżiż dam jinħass għal diversi sekondi. Uħud saħansitra qalulna li l-għamara, imwejjed u siġġijiet spiċċaw jinġarru minn posthom, u diversi oġġetti oħra spiċċaw waqgħu fl-art kawża tat-terremot.
Iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta ħabbar li t-terremot kien lokalizzata fil-baħar, bl-epiċentru tiegħu kien 113-il kilometru ‘l barra min-Nofsinhar ta’ Malta u f’fond ta’ 10 kilometri.
It-terremot nħass l-aktar fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Pieta, Birkirkara u l-Belt Valletta.
//= $special ?>