Futbol Sport

FA Cup: West Ham javvanzaw għar-rawnd li jmiss

Fl-aħħar partita mir-raba’ round tal-FA Cup, West Ham barra minn darhom għelbu lil Derby County fl-iskor ta’ 2-0. Jarrod Bowen fetaħ l-iskor għal West Ham wara 10 minuti bil-Hammers ikollhom jistennew sal-50 minuta biex jiskorjaw t-tieni gowl meta kien Michail Antonio li għamilhom 2-0.

Intant qabel din il-partita ttellaw il-poloz tal-ħames rawnd fejn Manchester United se jkunu qed jilagħbu kontra West Ham, Manchester City se jilagħbu barra minn darhom kontra Bristol filwaqt li Tottenham se jkunu qed jilagħbu bejn ir-rebbieħ tar-replay bejn Wrexham u Sheffield United.

FA CUP
Illum:
Derby v West Ham 0-2 Il-Ħames Rawnd: Southampton v Luton/Grimsby, Leicester v B’burn/B’mingham, Stoke v Brighton, Wrexham/Sheff Utd v Tottenham, Fulham/Sunderland v Leeds, Bristol v Man City, Man Utd v West Ham, Ipswich/Burnley v Sheff Wed/ F’wood