Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi f’inċident b’mutur f’Santa Venera

Il-Ħadd, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Indjan ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Peugeot Tweet, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu. Fuq il-mutur kien hemm ukoll passiġġier raġel, li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.