Fl-aħħar ħin, f’post imtella’ fuq il-midja soċjali personali tiegħu, il-kantant popolari Malti Aidan Cassar ħabbar li wara li ġie skawlifikat mill-Malta Eurovision song contest ta’ din is-sena minħabba ksur tar-Regolamenti tal-Festival, issa ħabbar li mhux se jipproċedi legalment kontra PBS.
Aidan Cassar b’dispjaċir ħabbar “Reġina… Nixtieq nikteb ħafna, imma ma’ nafx minn fejn għandi nibda. Jiddispaċini għal li ġara iżda li nipproċedi legalment ifisser li jkolli inwaqqaf il-festival li tant inħobb milli jsir. Dan żġur li qatt ma’ kien fi’ ħsibijieti, speċjalment b’rispett lejn sħabi l-kantanti li bħali ħadmu ħafna biex jagħtu performance mill-aqwa fuq dak il-palk… u anke b’rispett lejn il-fans tal-Eurovision, bħali.. li ta’ minn 7 snin dejjem ħlomt li nitla’ nirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision.”
Aidan Cassar, il-kantant Malti li huwa wiċċ sinonimu ma’ dan il-konkors tenna li ħadem fuq li ħadem, saħansitra ħalla l-impjieg full-time tiegħu biex jagħti kollox għall-Eurovision u jwettaq il-ħolma tiegħu.
Huwa kompla billi rringrażżja lit-tim tiegħu, familja, ħbieb, kollegi u supporters kollha li fil-ġimgħa li għaddiet, sabhom ta’ spalla u kienu hemm għalih.
Fl-aħħarnett huwa rringrażżja wkoll lil ommu li fil-kanzunetta tiegħu isejħilha Reġina, filwaqt li awgura lill-parteċipanti l-oħra li qegħdin jieħdu dehem f’din il-kompetizzjoni.
Fl-aħħar ġimgħat Cassar kien fost il-favoriti għal l-edizzjoni ta’ din is-sena madanakollu ftit tal-jiem ilu kien skwalifikat mill-kompetizzjoni wara li l-PBS spjegaw li ppubblika materjal fuq il-midja soċjali li mhux awtorizzati.
//= $special ?>