Sport Sport Ieħor

Blackball: Mavrick Zammit jirbaħ lil Owen Amato u jieħu postu mat-tim nazzjonali

Mavrick Zammit ingħaqad ma’ Gary Carr u Johan Attard bħala parti mit-tim nazzjonali wara li fil-finali tar-Ranking Tournament għeleb lil Owen Amato 10-7.

It-tim nazzjonali Malti se jkun qed jeħu sehem fl-EBA Blackball Nations Cup 2023 fi Bridlington fl-Ingilterra.

Fir-Ranking List nazzjonali, Claudio Cassar żamm postu fil-quċċata, madankollu l-vantaġġ ta’ 200 punt tiegħu jonqos għal 80 punt, b’Owen Amato fit-tieni post, wara prestazzjoni tajba fl-aħħar ranking.

Conrad Catania niżel post wieħed, madankollu jinsab biss 40 punt ‘il bogħod minn Amato, fejn il-pożizzjoni semifinali tiegħu ma kinitx biżżejjed biex issaħħaħ postu fir-rankings.

Clint Azzopardi u Kevin Schembri jibqgħu bl-istess punti iżda jkomplu javvanzaw bit-tama li jikkwalifikaw miż-żewġ postijiet seeded.

Leon Azzopardi jinsab biss ħames punti ‘l bogħod fis-sitt post filwaqt li Dejan Grech jinsab warajh b’10 punti distakk.

Fil-jiem li ġejjin se jintlagħab l-aħħar ranking tournament sabiex isir magħruf membru ieħor għal dan it-tournament internazzjonali.