Lokali

IL-KAŻ TA’ ĦAL GĦAXAQ: Il-Pulizija tgħid li ma kien hemm xejn suspettuż

Il-każ li seħħ ilbieraħ fi blokka appartamenti fi Triq il-Merill f’Ħal Għaxaq ma kienx wieħed suspettuż, u kollox jindika li r-raġel waqa’ fil-komun b’mod aċċidentali.

Dan kien konfermat mill-Pulizija fi stqarrija.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija li saru sa issa rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li x’aktarx waqa’ t-taraġ u għalhekk il-każ ma jidhirx li huwa wieħed suspettuż.

Net News hu infurmat li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari.