Għaddew iktar minn erbgħin sena… erbgħin sena mill-qtil makabru ta’ Lino Cauchi…. erbgħin sena li matulhom għadu ma nstabx il-qattiel… erbgħin sena li matulhom il-Korp tal-Pulizija kien akkużat li ma investigax dan il-każ li xxokkja pajjiżna… qtil li seħħ fil-klima politika sħuna li pajjiżna kien għaddej minnha lura fis-snin tmenin.
U sal-lum il-ġurnata l-familja ta’ Cauchi għadha fil-għama hekk kif anke wara dak li ħarep fil-Qorti Kostituzzjoniali, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa għadu m’għamel ebda kuntatt mal-qraba ta’ Lino. In-Nazzjon tkellmet mal-Avukat Peter Fenech fejn qed iħeġġeġ lill-Pulizija biex jerġgħu jaqbdu dan il-proċess… każ li qatt ma ngħalaq. Huwa ħeġġiġhom biex jgħarblu sew din is-sentenza u jerġgħu jkellmu lil kull min seta’ kien involut sabiex jagħmlu l-għalmu tagħhom li ssir aktar ġustizzja f’dan il-każ.
Ftit tal-jiem ilu l-Qorti Kostituzzjonali ordnat li l-familja ta’ Lino Cauchi tingħata kumpens ta’ €615,000 wara li ddikjarat li l-istat falla biex issir tassew ġustizzja.
“Is-sentenza tal-Qorti kienet ċara li l-istat rappreżentat mill-Korp tal-Pulizija naqset milli tinvestiga bis-serjetà l-eżitu tal-għajbien ta’ Lino Cauchi”
L-Avukat Peter Fenech assistit mill-Avukat Elena Fenech, jitfa’ dawl fuq il-fatt li l-għada li kien irrapurtat nieqes Lino, instabet il-bagalja tiegħu żgassata fil-limiti tar-Rabat u dakinhar il-Pulizija stess kellhom ħjiel li kien sar reat… iżda ma ttieħed ebda azzjoni min-naħa tal-Korp…
“Hemmekk il-Pulizija kellhom l-obbligu li, li kieku l-korp kien serju u indipendenti mill-pressjoni politika, jiftħu inkjesta li kellhom diversi opporuintiajiet biex jiftħuha mas-snin li għaddew… opporuntijiatjiet biex jiħftu inkjesta bis-serjetà… anke meta nstabu l-fdalijiet ta’ Lino Cauchi.”
Cauchi, li kien accountant ta’ 32 sena, kien għeb fi Frar tal-1982, bil-fdalijiet tiegħu jinstabu tliet snin wara f’bir fil-Buskett. Il-katavru ta’ Cauchi kien instab imqatta’ f’biċċiet. Joe Cauchi, ħu Lino, jirrakonta l-mument li sar jaf li ħuh kien nieqes.
“Fis-6.30am kienet ċemplitilna l-bieb il-mara ta’ Lino u qaltilna li ma daħalx…. Għamilna nofstanhar induru ma’ Malta biex naraw insibux xi ħaġa, imma jien fl-10am għedtilhom li jekk ma jiġix sa nofsinhar, mhux se jiġi lura.”
Meta Lino kien irrapurtat nieqes, l-Ispettur Anglu Farrugia kien bagħat għal Anna Cauchi, mart Lino u żammha taħt arrest għal madwar disa’ sigħat Bl-istesss Farrugia spiċċa jgħidilha li ma jistax ikun li ma kinitx taf fejn kien żewġha. Tliet snin wara… il-fdalijiet tiegħu… instabu f’bir.
“Mar xi ħadd jaħsel il-karozza f’parti fejn ma jistgħux jidħlu l-karozzi u jtella’ l-ilma mill-bir u tella’ borża li deherlu li kien hemm xi fdalijiet. Avża għassa iżda mbagħad l-Pulizija ma setgħux jibqgħu jaħbu x’ġara u kellha ssir inkjesta fuq il-fdalijiet tal-katavru li nstab.”
Fl-1989 il-Maġistrat Scicluna kien qal biex l-investigazzjoni tinbidel minn waħda ta’ għajbien għal waħda ta’ omiċidju u tibda investigazzjoni dwar ċrieki ta’ ħasil ta’ flus, pagamenti ta’ bolli u trasferimenti illeċiti. Iżda minkejja dan kollu baqa’ ma sar għal bosta snin. L-istess Maġistrat kien qal li Lino kien inqatel għax kien jaf ħafna informazzjoni sensittiva fil-kariga tiegħu ta’ awditur.
Joe jirrakkonta li dan kien qtil li kisser familja psikoloġikament u anke finanzjarjament… mara u iben li għaddew minn martirju sħiħ ta’ biża’ u tbatija.
“Peress li kien missing u mhux iddikjata mejjet, ma setgħux japplikaw għas-social services. Barra minnhekk, it-tifel, li fl-ewwel ftit snin ma kien jisma’ xejn ħlief stejjer makabri fuq missieru jien ċert li ġie affettwat psikoloġikament ukoll.”
Joe jistqarr li għalkemm jinsabu sodisfatti bil-kliem iebes li qal l-Imħallef Francesco Depasquale, ħuh Lino qatt ma jista’ jerġa’ jiġi lura.
U wara das-snin kollha l-familja ta’ Lino għad għandha numru ta’ mistoqsijiet mhux imwieġba fosthom x’sar minnha r-ras ta’ katavru ta’ Lino Cauchi li kienu żammew għall-investigazzjoni.
//= $special ?>