Mara ta’ 30 sena mil-Litwanija weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Balzan.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ fit-7.45pm fi Triq Idmejda.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan stess.
Il-mara, li hija residenti Ħ’Attard, ingħatat l-ewwel għajnuna u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>