Futbol Sport

Jorginho jingħaqad ma’ Arsenal

(Ritratt: EPA)

Il-leaders tal-Premier League Arsenal laħqu ftehim ma’ Chelsea għall-akkwist tal-midfielder ta’ 31 sena Jorginho. Is-somma rrapurtata hija ta’ €12-il miljun, bil-plejer jaċċetta wkoll il-kuntratt offrut mill-Gunners.

Jorginho mistenni jasal fl-Emirates Stadium fil-ħin li ġej biex isirulu testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt ta’ sena u jsir plejer ta’ Arsenal.

Jorginho ingħaqad ma’ Chelsea fl-istaġun 2018/19 u magħhom rebaħ il-UEFA Champions League, UEFA Europa League, UEFA Super Cup u l-FIFA Club World Cup.

Fl-2021 Jorginho rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tal-UEFA wara li f’dak l-istaġun Chelsea rebħu l-UEFA Champions League