Edukazzjoni Knisja Lokali

L-applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

L-Erbgħa, l-1 ta’ Frar, se jiftħu l-applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex għas-sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej. In-numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 933 (858 f’Malta u 75 f’Għawdex).

Fir-regolamenti li ġew ippublikati f’Novembru li għadda fuq www.knisja.mt hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra.

Riċentement ġew ippublikati fuq l-istess sit iċ-ċirkulari li jindikaw kemm postijiet ġew okkupati bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja, fir‑raba’ sena primarja għall‑bniet u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar u t‑22 u t-28 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 79990224, 79515491 jew 77865241 jew ibgħat email fuq admissions@maltadiocese.org.

Sena / Malta Postijiet VakantiSubien Postijiet VakantiBnietTotalPostijietVakanti
L‑ewwel sena kindergarten423678
It‑tieni sena kindergarten55240295
L‑ewwel sena primarja188137325
Ir‑raba’ sena primarja2222
L‑ewwel sena sekondarja9444138
TOTAL379479858

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel sena kindergarten u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel 79990271 jew jibgħat email fuq admissions@maltadiocese.org.

Sena / Għawdex  Postijiet VakantiSubien    Postijiet VakantiBniet  TotalPostijiet       Vakanti 
L‑ewwel sena kindergarten4747
L‑ewwel sena sekondarja91928
TOTAL  75

Għal aktar dettalji dwar l‑applikazzjonijiet ara ċ‑ċirkolari u r‑regolamenti ppubblikati fuq www.knisja.mt