Lokali

Il-gżejjer Maltin jintlaqtu minn tliet terremoti fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar sigħat il-gżejjer Maltin intlaqtu minn tliet terremoti, bl-aktar wieħed qawwi jimmarka 5.1 fuq l-Iskala Richter. Dan inħass minn għadd ta’ bnadi madwar il-ġżejjer Maltin għall-ħabta tad-8.45 tal-bieraħ filgħaxija.

Iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta indika li t-terremot kien lokalizzat fin-nofsinhar ta’ Malta, bl-epiċentru tiegħu kien 113-il kilomteru ‘l barra mill-kosta….u f’fond ta’ 10 kilometri.

Apparti din it-theżżiża bejn il-Ħadd u t-Tnejn ukoll inħass terremot ta’ qawwa ta’ 4.5 filwaqt li tul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta – ftit qabel is-2am – inħass terremot ieħor ta’ qawwa ta’ 4.8 fuq l-Iskala Richter.

Dan tal-aħħar kien ħarira eqreb tal-gżejjer Maltin