Futbol Sport

L-MFA ma taċċettax ir-reġistrazzjoni ta’ Joseph Portelli bħala plejer

Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association iddeċieda li ma tkunx aċċettata r-reġistrazzjoni ta’ Joseph Portelli bħala plejer ta’ Hamrun Spartans Football Club.

Il-Bord Eżekuttiv tlaqqa’ llum, wara li ssejħet laqgħa b’mod urġenti lbieraħ filgħaxija, ftit tal-ħin wara li Hamrun Spartans bdew formalment l-applikazzjoni biex Joseph Portelli jkun reġistrat bħala plejer tal-klabb.

Iktar kmieni lbieraħ, Hamrun Spartans ippreżentaw ukoll ir-riżenja ta’ Portelli minn President tal-klabb. Din ir-riżenja riedet tiġi offruta bilfors, qabel il-klabb seta’ jipprova jirreġistrah bħala plejer.

Hamrun Spartans Football Club issa għandhom ċans jappellaw mid-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association, qabel din id-deċiżjoni tkun waħda finali.