Newcastle United kisbu post fil-finali tal-Carabao Cup wara 24 sena meta fit-tieni leg tas-semifinali għelbu lil Southampton 2-1, b’aggregate ta’ 3-1. Kien Sean Longstaff li poġġa lil Newcastle fil-vantaġġ wara ħames minuti, bl-istess player jirdoppja u jagħlaq il-partita fil-21 minuta.
Southampton għamluhom 2-1 fid-29 minuta, liema gowl ma kienx biżejjed biex jimmotiva lill-plejers tas-Saints. Newcaslte sfaw jilagħbu b’għaxar plejers meta fit-82 minuta tkeċċa Bruno Guimaraes.
//= $special ?>