Lokali

Nirien jaħkmu kumpless ta’ garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar

Ritratt: Mill-Arkivji

Nirien ħakmu kumpless ta’ garaxxijiet fi Triq Toni Bajjada f’San Pawl il-Baħar għall-ħabta tal-5:20 ta’ filgħaxija.

Bħalissa fuq il-post hemm il-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nar.

Kelliem għall-Pulizija qal li kellhom jiġu evakwati xi residenti miż-żona sabiex jassiguraw li huma protetti u li ma jinsabu f’ebda periklu.

Jidher li ħadd ma weġġa’ kaġun ta’ dan in-nirien.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.