Internazzjonali

Pakistan: Jaqbżu t-80 l-vittmi tal-attakk f’Peshawar

Security officials and rescue workers search bodies at the site of suicide bombing, in Peshawar, Pakistan, Monday, Jan. 30, 2023. A suicide bomber struck Monday inside a mosque in the northwestern Pakistani city of Peshawar, killing multiple people and wounding scores of worshippers, officials said. (AP Photo/Zubair Khan)

Telgħu għal 87 il-persuni li tilfu ħajjithom wara l-isplużjoni f’moskea fil-provinċja ta’ Peshawar fil-Pakistan.

Dan l-attakk kien immirat lejn il-Pulizija hekk kif sezzjoni minn din il-moskea iservi bħala kwartieri tal-Pulizija. Preżentament għaddejja investigazzjoni sabiex jaraw kif l-agressur irnexxielu jidħol fil-kumpless hekk kif din il-moskea dejjem tkun taħt sigurta’ stretta.

Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru tal-Pakistan ikkundanna dan l-attakk bħala wieħed mill-agħar attaki fl-aħħar snin, filwaqt li ddikjara jum ta’ luttu.

L-operazzjoni sabiex jinsabu n-nies li għadhom rappurtati nieqsa ilha għaddejja ‘il fuq minn 18-il siegħa hekk kif huwa maħsub li baqa’ xi persuni taħt it-tifrik.