Lokali

PROFILI: Iż-Żażu kif iltaqa’ ma’ martu?

L-eks kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti se jkun qed jgħidilna fuq bosta xorti u esperjenzi li għadda minnhom, bl-appell biex it-tfal Maltin jitħallew iħobbu l-logħba tal-futbol ma jonqosx

PROFILI tal-lejla se jkun qed ilaqqana’ ma’ sportiv. Plejer tal-futbol u kowċ li fis-siegħa tal-programm se jkun qed juri ftit mill-passjoni li kien juri waqt xi partita.

Ir-rakkonti ma jieqfux, bil-ġrajjiet li laqtu lill-profil se jinħarġu aktar fil-beraħ u permezz tagħhom se nsiru nafuh aħjar.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, kull nhar tat-Tlieta fit-8.30pm fuq Net TV.