Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 60 sena li joqgħod iż-Żurrieq dalgħodu ġarrab ġrieħi gravi f’ħabta li seħħet f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ fis-7.30am fi Vjal l-Avjazzjoni, meta seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Hyundai I20, misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Safi, u mutur tal-għamla Kymco, misjuq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet ix-xufier l-isptar għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.