Futbol Sport

Taqtigħa missielta għall-aqwa skorer tal-kampjonat

‘Il-pitch ħolqilna xi ftit ta’ problemi’

Branko Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC

‘Ma’ teżisti ebda rebħa faċli. Kienet logħba oħra li ridna nirbħu kontra tim li kapaċi jagħtik sfida denja’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branko Nisevic wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Sirens bl-iskor ta’ 3-0. Huwa kompla jżid. ‘ Il-pitch ħolqilna xi ftit tal-problemi peress li l-kundizzjoni tiegħu ma’ kienetx waħda tajba. Peress li aħna nilgħabu logħba ta’ pussess dan xekkilna xi ftit. Iżda mill-banda l-oħra l-gowl kmieni kien ta’ bonus li fetħilna t-triq għal rebħa oħra.’

‘Konna tattikament superjuri’

– Darren Abdilla, kowċ Gżira United FC

‘Kienet rebħa importanti fejn konna konxji mill-importanza ta’ din il-partita.’ Kliem il-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla hekk kif it-tim tiegħu saħħew it-tieni post b’rebħa fuq Hibernians. Abdilla kellu aktar xi jgħid. ‘Nemmen li kienet wirja impekkabbli mill-players tiegħi llum. Urew determinazzjoni kbira fejn minkejja li kien hemm l-episodji li din id-darba xaqilbu favurina imma xorta waħda konna tattikament superjuri u kien jimmeritana li nieħdu l-punti massimi.’

KLASSIFIKALPTI
Ħamrun Spartans1746
Gżira United1735
Birkirkara1734
Hibernians1730
Mosta1729
Balzan1727
Floriana1726
Gudja United1724
Valletta1623
Sirens1618
Marsaxlokk1715
Żebbuġ Rangers1710
Santa Lucia178
Pietà Hotspurs175
L-AQWA SKORERSGLS
Jefferson de Assis (Gżira United)12
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans)11
Jurgen Degabriele (Hibernians)11
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)10
Maxuell Maia (Gżira United)9
Christ Ememe (Mosta)9
Angel Torres (Balzan)8
Enzo Cabrera (Birkirkara)8

LOGĦOB LI JMISS:

Il-Ġimgħa 1 ta’ Frar, 2023

Tony Bezzina Stadium

7.00pm Sirens – Valletta

Is-Sibt 4 ta’ Frar, 2023

Stadium Nazzjonali

2.00pm Floriana – Ħamrun S.

4.15pm Sirens – Mosta

Tony Bezzina Stadium

2.00pm Gudja Utd. – Santa Lucia

4.15pm Pieta H. – Gżira Utd.

Il-Ħadd 5 ta’ Frar, 2023

Stadium Nazzjonali

3.00pm Valletta – Birkirkara

Tony Bezzina Stadium

2.00pm Hibernians – Balzan

4.15pm M’Xlokk – Żebbuġ R.