Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Gattuso ma’ Valencia

(Ritratt: EPA)

Gennaro Gattuso u Valencia laħqu ftehim biex il-kowċ Taljan ta’ 45 sena jħalli l-pożizzjoni tiegħu wara tmien xhur fit-tmexxija tal-iskwadra.

Valencia jinsabu fl-14-il post b’20 punt f’La Liga, punt biss bogħod miż-żona tar-relegazzjoni u l-ġimgħa li għaddiet kienu wkoll eliminati mill-Coppa del Rey minn Athletico Bilbao wara telfa ta’ 3-1.

Fi stqarrija l-klabb irringrazzja lil Gattuso għax xogħol li wettaq kemm dam fit-tmexxija tat-tim u qal li Voro Gonzalez se jkun qed imexxi l-iskwadra sakemm ikun appuntat kowċ ġdid.

Gattuso kien it-tielet kowċ Taljan li mexxa lil Valencia wara Cesare Prandelli u Claudio Ranieri