Lokali

22 persuna arrestati wara li nstabu jgħixu f’Malta illegalment

L-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija flimkien mas-servizzi ta’ detenzjoni arrestaw 22 persuna li nstab li kienu qed jgħixu f’Malta b’mod illegali.

Huwa ġew arrestati waqt spezzjonijiet li saru kmieni l-Erbgħa filgħodu fil-Marsa u Ħal Qormi.

Il-persuni arrestati huma ta’ nazzjonalitajiet varji, fosthom mill-Ghana, Gambia, Mali, Niġerja, Somalja, Eritrea, il-Kosta tal-Avorju, Sierra Leone u l-Guinea.

Huma ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.