Futbol Sport

Antonio Conte jiddaħħal l-isptar għal operazzjoni

(Ritratt: EPA)

Fi stqarrija uffiċjali, Tottenham Hotspur ħabbru li l-Manager Antonio Conte se jkun qed jagħmel operazzjoni fil-marrara u għalhekk mhux se jkun qed imexxi l-iskwadra sakemm jirkupra.

L-istqarrija tgħid li Conte kien ilu diversi ġimgħat jilmenta b’uġieħ u wara testijiet li sarulu kien determinat li kellu bżonn operazzjoni biex titneħħielu l-marrara, liema operazzjoni se ssir l-Erbgħa.