Futbol Sport

Chelsea jakkwistaw lil Enzo Fernandez għal somma rekord

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar siegħat tas-suq tat-trasferimenti Chelsea akkwistaw lil midfielder ta’ Benfica Enzo Fernandez għas-somma ta’ £121miljun. Dan it-trasferiment għalhekk qabeż ir-rekord ta’ £100 miljun li nefqu Manchester City f’Jannar tal-2021 meta kienu akkwistaw lil jack Grealish mingħand Aston Villa.

Il-midfielder internazzjonali Arġentin u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja f’Diċembru li għadda, kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fil-Qatar mal-Albiceleste tant li rebaħ l-unur tal-aqwa player żgħażugħ tat-tournament.

Fernandez, li għandu 22 sena, għamel testijiet mediċi fil-Portugall u mistenni jasal Londra l-Erbgħa filgħodu biex ikun preżentat uffiċjalment mill-Blues.