Kultura Lokali Mużika

‘Dear God’ hija s-single il-ġdida ta’ Owen Leuellen b’kollaborazzjoni ma’ Luke Chappell

Kien l-ewwel staġun ta’ X Factor Malta li ntroduċiehom lil xulxin. Din il-ġimgħa Owen Leuellen u Luke Chappell  ħarġu, b’kollaborazzjoni bejniethom, il-video mużikali għas-single tagħhom ‘Dear God’.

Kemm Leuellen kif ukoll Chappell għamlu diversi suċċessi minn dak iż-żmien tal-ewwel auditions mill-kamra tagħhom lura fl-2018 u t-tnejn li huma saħħew il-preżenza tagħhom bħala artisti u awturi tal-kanzunetti b’sensiela ta’ hits għal isimhom. Huma bla dubju saru aktar minn sempliċiment one-hit wonders.

Dear God’ hija l-ewwel diska ta’ Leuellen għall-2023 u tidher fl-album tad-debutt ta’ Owen Leuellen ‘Dreams’. Il-lirika titkellem dwar il-vjaġġ li ngħaddu minnu fil-ħajja waqt li nkunu qed nippruvaw niksbu l-ħolm tagħna u niġġieldu ċertu dubju fuqna nfusna li jista’ jiġi influwenzat minn xi wħud madwarna.

‘’ Dear God, I'm asking for just one thing
it’s nothing special neither Money, power nor fame
I'm asking for something I need
Its something small
to take away the greed and catch me when I'm bout to fall
Catch me when I'm bout to fall ‘’

Ma nafux x’hemm fil-futur imma żgur li se jinkludi aktar hits kemm minn Owen Leuellen kif ukoll minn Luke Chappell.