Lokali

IL-KAŻ TA’ SION GRECH: Iqumu dubji kbar dwar “ħafna żbalji”

“Ġraw ħafna affarijiet li ma kellhomx isiru. Imma verament kienu żbalji?”

Hija din id-domanda li issaqsi oħt Sion Grech, il-persuna li fl-2005 inqatlet fil-Marsa – każ illi għadu miftuħ beraħ wara ġuri li fi tmiemu iż-żewġ akkużati ewlenin ġew libarati.

Mal-programm ‘Maghkom’, Rita Borg – oħt Sion – tirrakkonta kif il-familja għad għandha dubji kbar rigward il-mod ta’ kif saru l-affarijiet, inkluż mill-Pulizija.

Intervistata minn Lea Hogg, oħt Sion tgħid li matul il-ġuri spiċċaw għaddew minn martirju ieħor. Dan filwaqt li semmiet diversi żbalji ħoxnin li saru mill-Prosekuzzjoni u mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Oħt Sion tinsisti li dan il-każ dam ikarkar dan is-snin kollha sempliċiment għall-fatt li dan kien qtil ta’ persuna transgender, involuta fil-prostituzzjoni.