Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara inċident fir-Rabat Għawdex

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti s-Sannat u vettura misjuq minn raġel ta’ 58 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.