Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: L-ebda problema għal Starlites FIJO

Colin Schembri

Caffè Moak Luxol……..55

Hibernians………………..43

(11-14)(12-6)(14-7)(18-14)

Caffè Moak Luxol kisbu it-tmien rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Hibernians 55-43. Dan kien ir-raba’ konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun fejn kull partita marret f’idejn it-team ta’ Santino Coppa. Hibs kienu msaħħa bir-ritorn ta’ Ashleigh Van Vliet u finalment l-Amerikana Kenyotta Jenkins però kienu mingħajr Sam Brincat. Hibs kienu fuq quddiem fl-ewwel taqsima fejn trippla ta’ Jasmine Abela poġġiethom 5 minn fuq 10-5 bil-punti ta’ Luxol jiġu minn Anna Fenech Pace u Josephine Diaby. Wara punti minn Jenkins u Iona Agius għal Hibs, Luxol temmew is-sessjoni bil-baskets minn Gladiana Avila u Diaby għal skor ta’ 11-14. Fit-tieni taqsima, Hibs żammew il-vantaġġ għal xi ħin b’punti minn Jenkins u Van Vliet. Hawn però kienu Luxol li ħadu kontroll tal-partita u għamlu run ta’ 11-2 b’diversi punti minn Mandi Mercieca u Diaby fost l-oħrajn biex daħlu jistrieħu 3 minn fuq 23-20.

Wara l-intervall, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ punti minn A. Fenech Pace u Cristina Sollami. Għal Hibs reġa’ kien hemm il-punti minn minn Jenkins u Van Vliet però Diaby kompliet twieġeb għal Luxol biex ħalliethom fuq quddiem ankè fi tmiem it-tielet sessjoni 37-29. Hibs ippruvaw jirkupraw fl-aħħar taqsima u punti minn Jenkins u trippla ta’ Kirsty Caruana wassluhom sa’ 8 punti ‘l bogħod 36-44. Hawn però Luxol għamlu disa’ punti oħra mingħajr risposta fosthom trippla minn Avila biex baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 55-43.

Caffè Moak Luxol: C. Sollami 3, M. Mercieca 10, L. Fenech Pace 9, F. Camilleri, G. Avila 5, K. Portelli, B. Zammit, M. Camilleri, S. Fenech Pace 2, J. Diaby 16, M. Marmara, A. Fenech Pace 10.

Hibernians: K. Conti, I. Agius 8, A. Van Vliet 7, B. Agius, J. Abela 3, K. Jenkins 20, K. Caruana 5, K. Calleja, J. Gauchi, E. Cassar, J. Dabic.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic

Fusion Quest………………42

Starlites FIJO………………120

(14-27)(9-41)(10-24)(9-28)

Kif mistenni, Starlites FIJO kellhom rebħa komda fuq Fusion Quest bil-players kollha jieħdu sehem fil-partita u jniżżlu isimhom fost l-iskorers. Bil-coach Charles Bonnici jibda l-partita b’team magħmul mill-players ta’ taħt it-23 sena, Starlites bdew bit-trippli ta’ Michela Zammit Cordina flimkien ma’ Mariah Fenech. Fusion kellhom risposta minn Fanny Fabok fid-debutt tagħha u trippla ta’ Julia Schembri. Hawn Starlites kellhom run ta’ 14-2 b’punti minn Mikela Riolo, Catherine Cilia u Kaya Mifsud fost l-oħrajn. Cilia kellha wkoll trippla li rat lil Starlites itemmu t-taqsima 2714 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, daħlu uħud mill-players titolari ta’ Starlites fosthom Steffi De Martino li fetħet bi trippla f’run ta’ 9-0 fejn kien hemm ukoll il-punti minn Amelia Simmons. Fusion irrispondew bi trippla minn Maria Momcilovic però hawn Starlites għamlu 20 punt mingħajr risposta maqsuma bejn De Martino, Simmons u Maria Bonett. Schembri waqqfitilhom ir-run bi trippla qabel 12 -il punt ieħor għal Starlites li daħlu jistrieħu 68-23 minn fuq.

Il-partita kienet deċiża u l-kumplament tal-ħin serva biss biex Starlites ikomplu jkabbru l-iskor. Fost l-oħrajn kien hemm il-punti ta’ Lexi De Martino f’run ta’ 12-2 flimkien ma’ Bonett, Riolo u Martina Sciberras. Starlites għaqqdu l-mitt punt fir-raba taqsima b’basket ta’ Christina Curmi u għalqu l-partita b’run ta’ 14-3 u ħarġu rebbieħa 120-42.

Fusion Quest: T. Azzopardi Deguara 2, M. Momcilovic 7, 4, J. Schembri 13, E. Pace 2, D. Apostolovska, F. Fabok 12, N. Pejcic 6.

Starlites FIJO: M. Zammit Cordina 18, M. Riolo 6, L. De Martino 8, M. Sciberras 4, M. Bonett 14, S. De Martino 21, M. Fenech 2, A. Simmons 18, C. Cilia 7, K. Mifsud 6, S. Davies 6, C. Curmi 10. Referees: Zvezdan Dobrosavilje