Lokali

Reuben M. Buttigieg jinħatar bħala l-Kordinatur ta’ Malta għal INSOL Europe

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Fl-aħħar ħin sar magħruf li Reuben M. Buttigieg inħatar bħala l-Kordinatur ta’ Malta għal INSOL Europe – l-organizzazzjoni ewlenija ta’ professjonisti li jispeċjalizzaw fl-insolvenza, ir-rikostruzzjoni u l-irkupru tan-negozju.

Bħala Konsulent tan-negozju, Buttigieg ħadem ma’ żewġ kumpaniji rinomati tal-kontabilità u tal-awditjar, qabel ma waqqaf Erremme Business Advisors fl-2002, li kibret b’mod esponenzjali matul l-aħħar għoxrin sena.

L-għarfien espert fi ħdan l-industrija tas-servizzi finanzjarji u l-komunità tan-negozju jagħmluh il-kandidat ideali għal rwol daqshekk importanti fi ħdan INSOL Europe.