Futbol Sport

Coppa Italia: Juventus l-avversarji ta’ Inter fis-semi finali

(Ritratt: EPA)

Huma Juventus li se jkunu qed jiltaqgħu kontra Inter fis-semi finali tal-Coppa Italia, wara li fl-Allianz Stadium għelbu lil Lazio 1-0. 

Juventus fetħu l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta d-difnesur ċentrali Gleison Bremer xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras minn kross ta’ Kostic. B’hekk il-Bianconeri daħlu għal-ħin tal-mistrieħ fil-vantaġġ.

L-iskor fit-tieni taqsima ma nbidilx u l-gowl tad-difensur internazzjonali Brażiljan kien biżżejjed sabiex jagħti din ir-rebħa importanti fi staġun mimli sfidi għal Juventus.